Skopri l-kapitli kollha

Aċċettajt l-istedina tal-PN biex inkun kandidat ġdid fuq Għawdex. L-imħabba tiegħi lejn Għawdex wasslitni biex nagħmel il-pass li jmiss fil-politika. Aċċettajt l-istedina tal-Partit Nazzjonalista biex inkun kandidat ġdid fuq Għawdex.


Iben il-belt Victoria, żagħżugħ b'għeruq sodi fil-Partit Nazzjonalista u b'esperjenza politika li ratu jokkupa diversi karigi kemm f'Malta kif ukoll fuq livell Ewropew, fejn kien l-ewwel Malti li serva bħala President tal-European Democrat Students.
Għal dawn l-aħħar snin, Beppe serva bħala Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista, fejn, apparti l-parteċipazzjoni f'numru ta' taħditiet bilaterali u l-appoġġ mogħti lill-Kap Alex Borg fuq livell internazzjonali, Beppe kien strumentali biex pajjiżna jospita l-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew b'suċċess.
Gradwat b'Masters fl-iStrategic Management u Digital Marketing mill-Università ta' Malta. Huwa Għawdxi li jaħdem ma' numru ta' negozji Għawdxin bħala espert fuq pjattaformi diġitali u mezzi soċjali. Huwa attiv ferm fejn jidħlu s-setturi tal-volontarjat speċjalment fl-oqsma tal-kultura, iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni.
Għaliex Għawdex Prijorità għalih, din se tkun l-ewwel elezzjoni ġenerali tiegħu, bl-aspirazzjoni li jkun vuċi b'saħħitha f'isem ir-residenti tat-13-il distrett u li tkun qrib tagħhom.
Beppe Galea għandu viżjoni ċara għal Għawdex: gżira b’saħħitha, moderna, dejjem fidila lejn il-valuri u l-identità tagħha, b’komunitajiet siguri, u opportunitajiet għal kulħadd. Il-viżjoni tiegħu hija msejsa fuq ir-responsabbiltà u l-impenn biex titħares l-identità Għawdxija filwaqt li jinbena futur aktar b’saħħtu u b’opportunitajiet ġodda.
Mal-Partit Nazzjonalista, taħt it-tmexxija t’Alex Borg, Beppe Galea jħaddan valuri ta’ onestà, tkabbir ekonomiku sostenibbli li jgawdu minnu l-familji Għawdxin, u investiment serju fl-iżvilupp kulturali, soċjali, u infrastrutturali ta’ Għawdex. Il-missjoni tiegħu hija ċara: li jagħti lura lil Għawdex il-post ċentrali li jistħoqqlu mal-prijoritajiet nazzjonali.
Flimkien ma’ Alex Borg, il-kampanja ta’ Beppe Galea hija waħda ta’ tiġdid, u li tqiegħed lill-Għawdxin lura fil-qalba tad-deċiżjonijiet. Huwa jemmen li Għawdex jistħoqqlu tmexxija li tħares il-valuri tiegħu, issaħħaħ il-futur tiegħu, u tiżgura gżira bi prosperità, sigurtà, u viżjoni.

Tista’ tappoġġa l-ħidma tagħna b’donazzjoni ta’ kwalunkwe ammont. Kull kontribuzzjoni tgħinna norganizzaw attivitajiet, insaħħu l-messaġġ tagħna, u nġibu bidla pożittiva ‘l quddiem.
Mumenti li juru l-impenn u l-ħidma kontinwa.






















